Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo ġie ordnat mid-Demokratiċi biex jissottometti d-dokumenti kollha marbuta mal-ftehimiet li saru bejn l-amministrazzjoni ta’ Trump u l-Ukrajna.
Il-kumitati fi ħdan il-kamra tar-rappreżentanti kkontrollata mid-Demokratiċi għamlu din it-talba biex jiskrutinizzaw l-allegat pressjoni li saret minn Trump fuq il-President il-ġdid Ukren Volodymyr Zelenksy biex jinvestiga l-kandidat prospettiv għall-elezzjoni Presidenzjali Joe Biden.
Biden li kien Viċi-President għal tmiem snin ma’ Obama qed ikun meqjus bħala r-rival ewlieni fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana li ġejja.
Qed ikun allegat li Joe Biden intervjena biex titwaqqaf prosekuzzjoni Ukrena biex jipproteġi lil ibnu Hunter Biden.