Is-sit Horizon ippublika żewġ ritratti li juru l-ħsarat li sofrew il-magna ta’ ajruplan tal-Air Malta wara li ntlaqat minn qatgħa għasafar waqt it-tluq tiegħu minn Malta. Kawża tal-impatt diversi ‘fan blades’ tal-magna li jkunu qed iduru eluf kbar ta’ dawriet kull minuta ġew mimsusa iżda fortunatament l-ekwipaġġ rnexxielu jniżżel l-ajruplan lura f’pajjiżna.
Sfortunatament kawża ta’ dawn il-ħsarat it-titjira li kienet sejra lejn Palermo ġiet kanċellata sakemm isiru it-tiswijiet kollha neċessarji fuq il-magna. Fl-aħħar jiem ajruplan ieħor tal-Airmalta kellu jitwaqqaf milli jopera hekk kif minħabba ħsara teknika rampa tal-passiġġieri f’Gatwick niżlet fuq l-ajruplan u wkoll kkawżalu ħsarat konsiderevoli man-naħa ta’ barra tal-kabina.
Filwaqt li skużat ruħha tal-inkonvenjent l-Airmalta stiednet lil kull min għandu xi mistoqsijiet dwar titjiriet sabiex iċempel fuq 21662211 jew iżur il-paġna tagħha fuq Facebook.