Sagħtejn wara li sar magħruf li fl-ewwel tmien xhur tas-sena, il-Gvern kellu ta’ kważi 84 miljun ewro, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern qiegħed jirreġistra defiċit.
Quddiem l-imsieħba soċjali, id-deputat nazzjonalista Mario De Marco qal li pajjiżna qiegħed jirreġistra defiċit u mhux surplus.
De Marco stqarr li “Jiftaħar bis-surplus imma lkoll nirrikonoxu li għandna defiċit.”
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed imerri s-sewwa magħruf, fejn jidħol il-progress sinifikanti li qiegħda tagħmel l-ekonomija Maltija.
Saħansitra, il-ħarġa ta’ n-Nazzjon tal-Ġimgħa ppubblikat storja oħra falza fejn allegat li sparrixiet il-kelma surplus mill-vokabularju tal-Gvern.
Din l-istorja kienet imxejna minn statistika uffiċjali li turi li sa Awwissu, pajjiżna rreġistra surplus ta’ 84 miljun ewro.
Quddiem l-imsieħba soċjali, Adrian Delia pprova jitfa’ dubju wkoll dwar is-surplus u qal li f’pajjizna mhux ġej investiment.
Dan anki jekk ċifri tal-Malta Enterprise juru li matul is-sena li għaddiet Malta attirat iktar minn 170 miljun ewro f’investiment.
Delia sostna: “Qiegħed jitgerrex l-investiment.”
Intant, Adrian Delia ftit li xejn deher li kellu xi interess fil-preżentazzjoni li beda jagħmel Mario De Marco lill-imsieħba soċjali.
L-ewwel deher jagħti dahru bis-siġġu lil Mario De Marco.
U wara tant kemm tilef l-interess li marret għajnu bih!