Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illejla flimkien ma’ Leon Promotions se jtellgħu ‘The Malta Folk Festival‘ fil-pjazza ta’ Buġibba.
Din l-attività ha tkun iffinazjata mill-fondi tal-Kunsill Lokali bil-għan li tiċċelebra l-kulturi differenti u li tippromwovi d-diversità tal-post.
F’dan il-festival se jipparteċipaw 11-il grupp internazzjonali li wħud minnhom ġejjin mill-Italja, il-Litwanja, is-Serbja, l-Indja u ma jonqos grupp minn pajjiżna.
Il-Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Daryl Connor li huwa responsabbli mill-attivitajiet tal-lokal sostna li din hija opportunità oħra għall-Kunsill Lokali tagħna biex nagħtu nifs ġdid u noħolqu atmosfera sabiħa għall-komunità kollha.
Dan il-post jiddependi ħafna mit-turiżmu u b’hekk attivitajiet bħal dawn żgur ikunu ta’ ġid għan-negozji u r-restoranti ta’ dawn l-inħawi.
L-attività tibda fis-7 ta’ filgħaxija u l-pubbliku jista’ jattendi mingħajr ħlas.