Bosta ġenituri li llum marru jiġbru t-tfal mill-mużew f’Ħaż-Żebbuġ urew it-tħassib tagħhom fuq Facebook wara li persuna liebsa ta’ mara anzjana, bdiet tbeżża’ lit-tfal u tkisser l-affarijiet fosthom pupi fl-art.
Minkejja li jaf forsi din tkun ċajta, hekk kif issa riesaq żmien il-Halloween, kienu għexieren ta’ ġenituri li kkummentaw taħt b’diversi opinjonijiet.
Uħud tennew kif m’għandhomx għalfejn jibżgħu hekk kif tidher li hi ċajta, oħrajn sostnew li “għalhekk wieħed m’għandux jafda lit-tfal waħidhom”, kien hemm min anke qal li werwritlu lit-tfal u oħrajn qalu li din ma kienet xejn ħlief xena minn xi filmat li kien qed jinġibed proprju hemm għal żmien il-Halloween.
Filmat: Malta & Gozo Like and Share/ Facebook