L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ kumpless sportiv ġdid fil-kampus tal-Università ta’ Malta. Dan il-kumples li se jkun qed jieġu post l-Istitut tal-edukazzjoni fiżika u l-Isport se jkun qed jinkorpora fih sitt courts tal-isquash, showers, swali tat-tagħlim, laboratorji għar-riċerka u uffiċini.
Se tkun qed tinbena wkoll stand ħdejn il-grawnd tal-futbol u t-trakka tal-atletika li fiha se jkunu jistgġu joqogħdu mal-elf spettatur fuq żewġ livelli differenti.
Wara insistenza mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar taħt dan kollu se jkun qed jinbena parkeġġ ta’ madwar 1,020 karozza li se jkun qed itaffi mhux ftit il-problema ta’ parkeġġ fl-akwati u fil-kampus tal-Università.
Qed jiġi rrappurtat li dan il-parkeġġ li se jiswa madwar €10 miljun se jkollu 70% minnu ffinanzjat mill-Fond Urban għall-Iżvilupp. Il-flus f’dan il-fond jiġu minn applikazjzonijiet ta’ proġetti ta’ bini li kawża tagħhom ikunu qed jonqsu l-ispazji disponibbli ta’ parkeġġ.
Fl-elfejn u sitta Gvern Nazzjonalista kien bidel il-pjan lokali tal-iżvilupp u pprojbixxa l-ħolqien ta’ aktar parkeġġi biswit l-Universita.
Madankollu f’April li għadda l-Bord tal-Awtorità ħass li din id-deċiżjoni wasslet għall-ħolqien akbar fuq il-lokalitajiet madwar l-Università għalekk ssuġeriet lill-applikanti sabiex jinkludu parkeġġ imdaqqas taħt il-kumpless li ġie approvat sabiex jinbena.