L-Istitut għal-logħob diġitali fl-Università ta’ Malta issa għandu binja ġdida mgħammra bl-aħħar teknoloġija. Il-binja ġiet inawgurata l-Erbgħa mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.
Id-Direttur tal-Istitut, il-Professur Georgios Yannakakis, spjega li sa mill-bidu tiegħu fl-2013, l-istitut dejjem offra opportunitajiet ta’ riċerka fil-logħob diġitali u ta sehmu fid-diversi strateġiji li nieda l-Gvern fl-aħhar snin fis-settur tal-innovazzjoni.
Tant hu hekk, li l-Università ta’ Malta ġiet ikklassifikata fost l-aqwa universitajiet fid-dinja fejn tidħol riċerka dwar il-logħob diġitali.
Yannakakis stqarr li “We ranked 17th in the world in education excellence and number 8 in research excellence. We have seen growth in our educational impact, creative capacities in our students who are employed with top local gaming companies and throughout the world in game research labs”.
Fl-aħhar sitt snin l-istitut attira €15 -il miljun f’fondi Ewropej biex imexxi proġetti u riċerka. Fondi li marru fost l-oħrajn għal proġetti li l-istudenti fasslu waqt l-istudji tagħhom li ħarġu ‘l barra mill-Università.
“We have been developing games for teaching particular skills and have been tested in schools in Malta. These include games that encourage social inclusion and games about the cultural heritage of Malta”, sostna Yannakakis.
Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella qal li issa l-istitut se jaħdem biex is-settur tal-logħob ma jibqax biss iffukat fuq id-divertiment u l-ekonomija, iżda jrid isir investiment ukoll biex dan is-settur jimbotta oħrajn bħas-saħħa u l-edukazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li din in-niċċa ekonomika li Malta qed tinvesti fiha tfisser li pajjiżna jista’ jikkompeti ma’ ġurisdizzjonijiet akbar fis-settur. Semma wkoll li għaddejjin konsultazzjonijiet biex ikun hemm strateġija ħolistika tal-logħob diġitali u tal-e-sports.
Fuq kollox wiegħed li l-Gvern dejjem se jkun ta’ spalla għal dan is-settur kompetittiv fost l-oħrajn b’aktar investiment għal faċilitajiet edukattivi. Xi ħaġa li d-direttur tal-istitut laqa’.
Yannakakis temm jgħid li “We stand in a position which every gamer or researcher wants to be in now, of having the full supposrt of a country that believes in game. And that is the main reson we are here, supporting the local video game strategy with our research perspectives”.
Fuq kollox wiegħed li l-Gvern dejjem se jkun ta’ spalla għal dan is-settur kompetittiv fost l-oħrajn b’aktar investiment għal faċilitajiet edukattivi. Xi ħaġa li d-direttur tal-istitut laqa’, hekk kif fi kliemu “We stand in a position which every gamer or researcher wants to be in now, of having the full support of a country that believes in games. And that is the main reason we are here, supporting the local video game strategy with our research perspectives”.