L-Air Malta se tkun qed tassisti lil dawk il-passiġġiera maqbuda f’diversi pajjiżi minħabba l-falliment tal-kumpanija tal-ivvjaġġar Thomas Cook.
Fi stqarrija l-linja nazzjonali Maltija qalet li nediet vjaġġi bi prezz ridott ta’ €50 minn jew lejn Amsterdam, Brussell, Birmingham, Londra, Heathrow, Gathwick, Southend, Berlin, Bristol, Dusseldorf, Frankfurt, Hamburg, Leipzig, Munich, Pariġi (Orly u Charles De Gaulle), Marsilja, Lyon, Milan, Ruma, Geneva, Zurich u Vjenna.
Dawn il-vjaġġi jgħoddu biss għal dawk li bbukkjaw mal-aġenzija tal-ivvjaġġar Thomas Cook.
Dawk affettwati jistgħu jibbukkjaw fuq in-numru +35621662211 minn għada sal-15 t’Ottubru. B’dawn il-vjaġġi se jibqu fis-seħħ sal-aħħar ta’ Otubru.