Fil-belt kapitali tal-Kenja, Nairombi minn tal-anqas seba’ studenti mietu u għexieren indarbu wara li waqa’ fuqhom saqaf ta’ skola.
Fl-iskola fil-ħin tal-inċident kien hemm madwar 800 student, li kollha kienu taħt l-14-il sena.
Uffiċjali qalu li din il-binja ta’ żewġ sulari ma kienitx mibnija sew u b’saħħitha.