Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, flimkien mal-Iskola tal-Ekonomija fl-Università ta’ Nottingham organizza żewġ korsijiet internazzjonali dwar l-attività tal-banek ċentrali.
Bankiera ċentrali mill-Ewropa, l-Afrika u l-Lvant Nofsani ngħaqdu ma’’ kollegi Maltin u grupp ta’ gradwati mill-Università ta’ Malta għall-korsijiet ta’ ġimgħa f’Settembru.
Dawn il-korsijiet huma parti mill-ftehim li sar bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta mall-Università ta’ Notthingham.
Din l-inizjattiva eedukattiva hija waħda minn bosta mmirati biex jgħinu fl-iżvilupp professjonali tal-impjegati tal-Bank u kif ukoll biex joffru opportunitajiet uniċi lil oħrajn f’Malta li huma interessati jew involuti f’din l-isfera importanti.
Korsijiet bħal dawn qed juru l-mira tal-Bank Ċentrali li jsir ċentru reġjonali ta’ eċċellenza speċjalizzata fit-tagħlim, fit-taħriġ u fir-riċerka billi jkabbar in-network tiegħu ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet akkademiċi internazzjonali tal-ogħloa livell.