Filmat mibgħut lil One.com.mt jidher żagħżugħ Malti jqabbad sigarett fuq tal-linja u beda jpejpu quddiem kulħadd.
Kif jixhed il-filmat u kif qalulna xi nies li kienu preżenti dak il-ħin fuq tal-linja, fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, kien hemm diversi passiġġieri ta’ kull età, inkluż anzjani u trabi.
Iżda ż-żagħżugħ deher kunfidenti wisq u ma tax kas in-nies ta’ madwar u kompla jpejjep sa kemm niżel minn fuq tal-linja qisu xejn m’hu xejn.