Raġel ta’ 31 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded lil oħtu.
Fil-qorti l-akkużat ġie mixli wkoll li ffastidja u li kkawża vjolenza psikoloġika fuq oħtu.
Fil-Qorti ħareġ kif ir-raġel għandu problema kbira tad-droga u li kull darba li jispiċċa bla flus immur għand familtu biex ikompli jsostni l-vizzju tad-droga.
Iżda għalkemm id-difiża talbet għall-liberta proviżorja, il-Qorti ċaħdet dan u ordnat lill-imputat jinżamm arrestat.