Christopher Micallef ta’ 37 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li ħebb u hedded lill omm bintu u li kkaġuna ġrieħu fuq raġel ieħor.
Micallef ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja, li kiser l-ordni ta’ protezzjoni u li sar riċediv.
L-Avukat difensur talab għall-ħelsien mill-arrest u qal kif l-akkużat għandu tifla u li qed jiġi mċaħħad milli jaraha.
Għal dan, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud rat kif dawn il-kwistjonijiet iridu jmorru quddiem il-Qorti tal-Familja.
Huwa tenna jgħid li każijiet simili iħallu impatt negattiv fuq it-tfal fejn dawn jispiċċaw jiġu bbuljati.
Intant, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.