Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalu li t-titjira KM183 minn Londra, Southend għal Malta kellha titħassar wara li l-ajruplan intlaqat minn xi għasafar.
L-ajruplan kien qiegħed fil-proċess tat-tluq xħin intlaqat mill-għasafat, u minħabba s-sigurtà tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ, il-bdot ordna biex titħassar it-titjira lejn Malta.
Ħadd ma kellu bżonn assistenza medika f’dan l-inċident.