Raġel ta’ 64 sena mir-Rabat Malta qed jiġi rikoverat fl-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta head-on fi Triq Għajn Tuffieħa f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 tas-Sibt filgħodu, bejn mutur ta’ tip Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 64 sena u karozza ta’ tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 59 sena mill-Imġarr.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar, fejn irriżulta li ġarraf ġrieħi serji.
Parti mit-triq (direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar) ingħalqet għat-traffiku, filwaqt li bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin