Tilfet ħajjitha x-xiħa ta’ 86 sena li f’Mejju li għadda ttajret minn Land Rover Freelander f’San Ġwann.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn fi Triq n-Naxxar meta x-xwejħa li kienet toqgħod San Ġwann ttajjret minn sewwieq ta’ erbgħin sena li toqgħod fl-istess lokalità.
Hija kienet ġiet iċċertifikata mill-ewwel li kienet f’qagħda serja bil-kundizzjoni tagħha tmur għall-agħar fl-aħħar ġimgħat.
Dwar il-każ għadha għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.