Is-segretarju Ingliż għall-BREXIT Stephen Barclay mistenni jiltaqa’ mal-Kap Negozjatur tal-Unjoni Ewropea għall-BREXIT Michel Barnier.
Dan wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker saħaq li jista’ jintlaħaq ftehim qabel mar-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea fl-aħħar t’Ottubru.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li ma jrid jesaġera u jgħaġġel iżda qal li l-affarijiet bdew jiċċaqalqu.
Minkejja dan, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Irlandiż qal li għad hemm nuqqas ta’ qbil kbir dwar it-termini tal-ftehim biex finalment ir-Renju Unit iqatta’ l-karti minn mal-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju għall-BREXIT appella lill-Unjoni Ewropea biex tkun inqas riġida u l-kwistjoni tal-fruntiera tar-Renju Unit mal-Irlanda tista’ tkun solvuta sa tmiem is-sena d-dieħla.