Ġuvni ta’ sittax-il sena min-Naxxar weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli fil-Buskett il-Ħamis filgħaxija.
Il-każ ġara għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, bil-pulizija mill-għassa tar-Rabat tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa infurmawha nofs siegħa wara li kien għadu kemm idaħħal żagħżugħ l-isptar.
Jirriżulta li ż-żagħżugħ kien fuq pont fl-akkwati tal-Buskett minn fejn waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.