Eluf ta’ persuni nġabru biex jipprotestaw u jwettqu strajk ġenerali madwar l-Awstralja kollha fejn qed jitolbu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima qabel jibda summit tal-Ġnus Maqgħuda fi New York.
Dan l-aħħar l-Awstralja esperjenzat temperaturi sħan aktar min-normal u bosta dimostranti fil-kapitali Canberra u fi bliet oħra bħal Sydney qed jitolbu l-Gvern tal-pajjiż biex jieħu azzjonijiet drastiċi biex jikkontrolla l-emmissjonijiet li qed jintremgħu fl-arja.
L-Awstralja hija l-aktar pajjiż li tesporta faħam u gass naturali fid-dinja.
Id-dimostranti qed jitolbu li sa l-elfejn u tletin, l-Awstralja ma tibqax tarmi emmissjonijiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent u lil saħħet il-bniedem.