Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi kkundannat bil-qawwa r-rimi llegali ta’ skart ta’ kostruzzjoni fi spazji miftuħa. L-MDA qalet li segwiet kummenti fil-midja soċjali dwar dan u saħqet li minkejja l-isfidi dwar ir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni dan ma jfissirx li wieħed għandu jitfa’ l-iskart fil-kampanja.
L-MDA qalet li se tappella lill-awtoritajiet biex dawn jieħdu l-azzjonijiet neċċessarji kontra min qed ikun irresponsabbli.
L-Assoċjazzjoni tenniet li hi lesta tikkopera mal-Awtoritajiet sabiex min qed iwettaq dawn l-illegalitajiet jinqabad.