Id-Dwana Maltija hija t-tielet l-iktar dwana effettiva mill-pajjiżi kollha tal-unjoni ewropea. Dan joħroġ minn rapport tal-kummissjoni Ewropea magħruf bħala ‘DG Taxud’.
Id-dwana ta’ pajjiżna kellha t-tielet l-ikbar qabda ta’ prodotti foloz fil-fruntieri. Dan hekk kif fl-2018 id-dwana maltija qabdet –il fuq minn 900,000 prodott iżjed milli qabdet fl-2017.
QABDA TA’ PRODOTTI FOLOZ F’PAJJIŻNA
2017 – 1, 492 018
2018 – 2, 434 450
ŻIEDA TA’ 942,432 PRODOTT FALZ
Dan hekk kif filwaqt li fl- 2017 f’pajjiżna kien hawn 64 każ ta’ prodotti foloz, fl-2018 id-dwana maltija kellha 186 każ. Din hija żieda ta’ 122 każ.
KAŻIJIET TA’ QBID TA’ PRODOTTI FOLOZ F’PAJJIŻNA
2017 – 64
2018 – 186
ŻIEDA TA’ 122 KAŻ
Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea juri żieda sostanzjali ta’ każijiet ta’ qbid ta’ prodotti foloz. Dan hekk kif mill-membri kollha tal-unjoni ewropea fl-2018 kien hemm madwar 12,000 każ iktar mill- 2017.
Il-valur tal-prodotti maqbuda jammonta għall ftit iżjed minn 738 miljun ewro bl-iżjed prodotti foloz maqbuda jkunu sigaretti li ammontaw ghal 15 % tal-prodotti.
Dan filwaqt li ġugarelli foloz kienu jammontaw għal 14% fil-mija tal-prodotti maqbuda. Ir-rapport wera kif l-ikbar sors ta’ prodotti foloz fis-suq kien iċ-Ċina, b’84% tal-qabdiet jitqassmu bil-posta.