MD Afzol Ahmed ta’ 25 sena mill-Bangladesh ingħata sitt xhur priġunerija wara li wieġeb ħati għall-akkużi li iffalsifika jew biddel partijiet mid-dokument tal-identità jew għamel użu minn document iffalsifikat.
Anke wara li l-Qorti wissietu li dan ir-reat iġorr miegħu piena ta’ priġunerija l-akkużat assistit mill-avukata tal-għajnuna legali, Martha Mifsud, wieġeb ħati.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia tat sentenza ta’ sitt xhur priġunerija effettivi.