Terence Grixti ta’ erbgħa u tlettin sena inzamm arrestat wara li allegatament aggredixxa żewġ uffiċjali tal-pulizija.
Il-kaz ġara nhar il-Ħadd filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, meta l-akkuzzat twaqqaf bil-vettura tiegħu Alfa Romeo mill-pulizija għax kien qiegħed issuq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni.
Għal xi raġuni qam argument, bl-akkuzzat aggredixxa u hedded surġent u kuntistabbli tal-pulizija. Huma weġggħu ħafif.
It-tlieta filgħodu tressaq il-qorti akkuzzat li saq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni, m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li hedded u weġgħa zewġ pulizija ħafif.
Il-prosekuzzjoni imexxija mill-ispettur Joseph Xerri qal li l-akkuzzat ġieli kien involut f’kazijiet simili fil-passat.
Fit-tnejn ta’ Settembru huwa kien involut f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid u wiegħed lill-persuna l-oħra involuta fl-inċidenti li se jirranġa kollox hu izda naqas milli jagħmel kuntatt magħha.
L-avukat tal-akkuzat talab għall-ħelsien mill-arrest u qal li huwa ma jistgħax iħallas il-liċenzja tas-sewqan minħabba li akkumula l-punti kollha skond is-sistema tas-sewqan eziztenti.
Qal ukoll li l-akkuzzat talab apoloġija liz-zewġ uffiċjali tal-pulizija.
Madankollu, l-Maġistrat Neville Camilleri ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju.
Huwa ħatar espert mediku forensiku biex jezamina lill-akkuzat wara li allega li z-zewġ pulizija uzaw il-forza kontrih.