L-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi mistenni jħabbar ir-riżenja tiegħu mill-Partit Demokratiku Taljan, wieħed mill-partiti fil-Gvern, biex iwaqqaf partit ġdid. Intervista fuq il-ġurnal Taljan Il Giornale spjegat li dan il-partit ġdid se jitwaqqaf fil-Parlament Taljan biss, hekk kiff fis-Senat mhux permess li jitwaqqfu partiti ġodda la darba jkun beda jitlaqqa’ l-Parlament.
Jidher li Renzi informa lill-Prim Ministru Giuseppe Conte bid-deċiżjoni tiegħu it-Tnejn li għadda, iżda għamilha ċara li se jibqa’ leali lejn il-Moviment taċ-Cinque Stelle.
Id-deċiżjoni ta’ Renzi mistennija toħloq tensjoni fil-Partit Demokratiku u ddgħajjef il-koalizzjoni fil-Gvern. Apparti Renzi, numru ta’ Senaturi Taljani wkoll mistennija jirriżenjaw.