Għada huwa Jum iċ-Ċinema għat-Tfal.
Bi prezz ridott din tista’ tkun ġurnata sabiħa għal familja fejn iċ-ċkejknin jistgħu jgawdu film f’kull ċinema madwar Malta u Għawdex.
Filfatt f’Għawdex ukoll it-tfal jistgħu jmorru jaraw film kemm fiċ-Ċittadella jew f’Don Bosco fir-Rabat.
Il-films se jibdew jintwerew mid-9:30am sas-6pm u hu mistenni li jkun hemm ukoll bosta attivitajiet oħra immirati għat-tfal.