Folol kbar ta’ Torok niżlu fit-toroq tal-kapitali Istanbul u bliet oħra fit-Turkija wara sejħa mill-awtoritajiet tal-pajjiż biex jiddefendu d-demokrazija.
Dan wara li falla l-attentat kolp ta’ stat il-Ġimgħa filgħaxija.
Kważi 3,000 suldat kien arrestat u mal-2,700 Imħallef tilfu xogħolhom.
Il-President Tork Erdogan qed isejjaħ għall-estridazzjoni tal-kleriku bbażat l-Istati Uniti Fethullah Gulen, li skontu kien il-moħħ wara l-kolp ta’ stat – għalkemm huwa qed jiċħad kull involviment.
Skont figuri uffiċjali, mija wieħed u sittin ċittadin u uffiċjali tal-Pulizija tilfu ħajjithom, kif ukoll mija u erba’ suldati li kienu nvoltu fil-kolp ta’ stat. Kważi elf u ħames mija oħra kienu midruba.
Is-Segretarju tal-Istat John Kerry ħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok biex jirrispettaw il-liġijiet demokratiċi matul l-investigazzjonijiet.