Azzjoni immedjata tal-pulizija wasslet għall-arrest ta’ tliet ħallelini li allegatament daħlu f’villa li tinsab f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar meta residenti fil-madwar lemħu żewġt irġiel jipprovaw jidħlu fil-villa.
Xhieda fuq il-post qalu li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit waslu fuq il-post f’kemm trodd salib u qabdu lit-tliet irġiel fil-fatt.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Donatello Frendo Dimech. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.