Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu wiegħed li jekk jingħata mandat ieħor jgħaqqad l-wied tal-Ġordan u partijiet oħra mix-Xatt tal-Punent mal-istat Lhudi.
Lejlet elezzjoni ġenerali Netanyahu qal li lest jagħmel dan b’kordinazzjoni sħiħa mal-Amerikani.
Ix-Xatt tal-Punent ittieħed mill-qawwiet Iżraeljani fil-gwerra kontra l-qawwiet Għarab fl-1967.
Din il-wegħda ta’ Netanyahu ġiet deskritta bħala tentattiv biex jattira voti mil-lemin hekk kif tilef il-fiduċja fil-Gvern.
Din il-ħalfa ta’ Netanyahu qed tiġi deskritta li tkompli toħloq tensjoni f’reġjun imdemmi.
Fix-Xatt tal-Punent jgħixu mat-tliet miljun Palestinjan u erba’ mitt elf Lhudi.