Missier ta’ 52 sena ġie kkundannat 3 snin u 4 xhur ħabs wara li wieġeb ħati li t-Tnejn waranofsinhar qabbad apposta l-għamda tad-dar wara argument jaħraq li kellu ma’ martu.
Ir-raġel li jinsab għaddej bi proċeduri ta’ separazzjoni minn ma’ martu meta fid-dagħdiha mar jixtri landa petrol, xerridha fuq l-għamara tad-dar u ta n-nar. Kien hawn li rrealizza x’għamel u f’kemm trodd salib saq sal-għassa tal-pulizija u ammetta x’għamel.
L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-qorti ġie mixli li għamel b’aktar minn elfejn u ħames mitt ewro ħsara u li huwa riċediv.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq ir-raġel deher imbikkem bil-prosekuzzjoni tinnota li l-akkużat wieġeb mill-ewwel ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal erba’ snin fil-konfront tal-mara tal-akkużat.