Ritratt: BBC
Mara ta’ 73 sena mill-Indja għadha kif welldet bniet tewmin wara li għamlet trattament ta’ IVF.
It-tabib tal-mara assigura li kemm it-tewmin kif ukoll l-omm jinsabu tajbin u f’saħħithom.
Missier it-trabi stqarr li jinsab ferħan se jtir iżda ġurnata wara li biss li welldet martu, ir-raġel li għandu 82 sena sofra attakk ta’ puplesija.
L-omm welldet fi proċess ta’ ċesarja minħabba l-età tagħha. Hi stqarret li hi u r-raġel tagħha kienu ilhom jippuvaw biex ikollhom tarbija iżda qatt ma rnexxew.
Illum bl-aħħar teknoloġija, il-mara rnexxiela tinqabad tqila wara biss l-ewwel ċiklu ta’ IVF.