Il-linja tal-ajru British Airways kellha tikkanċella kważi t-tijiriet kollha tagħha bejn it-Tnejn u t-Tlieta wara li l-unjin tal-bdoti ordnat strajk minħabba diżgwid li bħalissa għaddej minħabba l-pagi tal-bdoti. Jidher li l-BALPA ressqet proposta lit-tmexxija tal-linja tal-ajru dwar dan iżda qalu li s’issa għadhom mingħajr risposta.
Kmieni t-Tnejn il-linja tal-ajru qalet li kienet kostretta tħassar kważi t-titjiriet kollha għaliex ma kellha l-ebda indikazzjoni liema bdoti se jkunu qed jistrajkjaw. Fl-istess ħin qalet ukoll li tinsab lesta biex tiddiskuti din is-sitwazzjoni mal-BALPA biex jintlaħaq ftehim.
Ritratt: PA Media