Pakistan ta’ 40 sena kien aggredit minn żewġ persuni li kellhom fil-pussess tagħhom arma ta’ nar u bil-pont. Allegatament huma serqu ammont konsidervoli ta’ flus u wara ħarbu minn fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu f’gabbana fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jgħinunha fl-inkjesta.