Għat-tielet sena konsekuttiva, id-distrett ta’ Bormla rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja.
Bormla rebħet ir-regatta għall-għoxrin darba fl-istorja tagħha u issa tinsab tliet shields ‘il bogħod mir-rivali, l-Isla li għandhom 23 shield.
Bormla rebħet iż-żewġ kategoriji jiġifieri kemm Kategorija A u Kategorija B.
F’Kategorija A, Bormla rebħet il-ħamest tlielaq ta’ din il-kategorija. Dan ifisser li Bormla ġabet il-punti massimi dak ta’ 88 punt. Filwaqt li l-Isla u Marsaxmett ġabu 28 punt rispettivament u Birżebbuġa spiċċaw b’20 punt.
Fil-Kategorija B, Bormla rebħet b’64 punt, hekk kif klassifikat l-ewwel f’żewġ tiġrijiet u daħlet it-tieni f’żewġ tiġrijiet oħra. Fit-tieni posti ġew il-Marsa b’42 punt u fit-tielet post ġew l-Isla b’36 punt.
It-tiġrija tan-nisa ntrebħet mid-distrett tal-Birgu.
KLASSFIKA FINALI:
KATEGORIJA A (Open) | |
Klabb | Punti |
Bormla | 88 |
Marsamxett | 28 |
Isla | 28 |
Birżebbuġa | 20 |
Marsa | 8 |
Kategorija B | |
Klabb | Punti |
Bormla | 64 |
Marsa | 42 |
Isla | 36 |
Kalkara | 14 |
Birżebbuġa | 12 |
Marsamxett | 4 |