Se jingħata sapport lill-klabbs tal-ibburdjar kif ukoll sponsorship lil SuperYacht Industry Network Malta għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival tal-ibburdjar ta’ Cannes.
Yachting Malta se tkun qed tagħti sapport lill-klabbs lokali tal-ibburdjar li se jkunu qed jieħdu sehem fil-Middlesea Euromed International Championship li se jsir f’Diċembru mill-Malta Young Sailors Club.
Dan is-sapport se jingħata f’forma ta’ kontribuzzjoni lejn t-taħriġ ta’ kull baħħar.
Din ir-regatta hija popolari ħafna kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Is-sena li għaddiet iktar ħadu sehem iżjed minn 200 parteċipant minn 22 pajjiż differenti.
Yachting Malta se tkun ukoll qed tagħti sponsorship lil Super Yacht Industry Network Malta li permezz tagħha dan in-network tan-negozji Maltin u l-industrija tas–superyachts, ikun jista’ jieħu sehem fil-Cannes Boat Show li se jittella’ bejn l-10 u l-15 ta’ Settembru.
Dan se jwassal biex in-network ikabbar il-preżenza tiegħu fil-fieri internazzjonali speċjalment f’dan l-avveniment magħruf sew għal kemm jipparteċipaw sidien u ekwipaġġi ta’ superyachts famużi.
Yachting Malta ħabbret żewġ skemi ta’ sapport ġewwa r-Royal Malta Yacht Club ġewwa Ta’ Xbiex.
L-ewwel skema hija dik ta’ kontribuzzjoni lejn it-taħriġ ta’ kull baħħar tal-klabbs lokali tal-ibburdjar li se jkunu qed jieħdu sehem fil-Middlesea Euromed International Championship li se jittella’ f’Diċembru li ġej. Din hi kompetizzjoni popolari ħafna lokalment u internazzjonalment li tittella’ kull sena mill-Malta Young Sailors Club.