Leonardo di ser Piero da Vinci.
Miet ħames mitt sena ilu u ismu jibqa’ marbut max-xjenza u l-arti.
Propju din il-ġimgħa ġewwa l-Esplora qed jitfakkar wieħed mill-ikbar ġenji li qatt rat id-dinja.
L-attivitajiet huma diversi immirati fost l-oħrajn għat-tfal.
L-Uffiċjal tal-Esplora, Elaine Manicaro stqarret, “Qed noffru diversi attivitajiet fejn dak li jkun jista’ jibni l-invenzjoni tiegħu bil-kartun. Iħares iktar fid-dettall lejn disinji li kien għamel Leonardo.”
Bil-kartun sibna tfal jibnu belt li kien iddisinja Da Vinci iżda li qatt ma nbniet.
Tiskanta kemm wettqu xorti, u mxew mal-epoka ta’ Da Vinci.
Fl-Esplora rajna wkoll l-arti u x-xjenza jintrabtu flimkien.
Fost l-oħrajn rajna kif l-użu tal-pendlu li Da Vinci introduċih fl-arloġġi issa kien applikat fl-arti.
Tfal oħra flimkien mal-ġenituri tagħhom setgħu jiflu mill-viċin l-arti ta’ Da Vinci permezz ta’ applikazzjonijiet virtwali.
Barra l-Esplora kien hemm ukoll karru tal-karnival li juri l-karatteristiċi ta’ Da Vinci biex b’hekk sa mid-daħla issib jilqgħek lil dan l-artist u xjentist li ħames mitt sena wara mewtu għadu jservi ta’ fonti ta’ kreattività anki għaċ-ċkejknin ġewwa l-Esplora.