Tliet irġiel tressqu l-qorti mixlija li f’Awwissu li għadda serqu materjal tal-kostruzzjoni minn trakk li kien ipparkjat fil-Marsa.
Mahmoud Moghrabi ta’ disgħa u għoxrin li joqħgod il-Pieta u Jurgen Cassar ta’ erbgħa u għoxrin minn Ħal Qormi, ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Maġistrat Yana Micallef Starface qiegħdet lil Moghrabi fuq probation ta’ tliet snin waqt li Cassar ġie kkundattat tlettax-il xahar ħabs.
Francesco Loporcaro li wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih ma ngħatax il-ħelsien mil-arrest.