Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa’ qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jimpurtahx mill-anzjani.
Persuni li fl-aħħar erba’ snin bdew igawdu minn żieda fil-pensjoni wara li kienet ilha mwaħħla għal ħamsa u għoxrin sena sħaħ.
Adrian Delia għamel din id-dikjarazzjoni fi tmiem żjara li mar jagħmel f’San Vinċenz De Paule.
Delia flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, żar bosta swali u kellu l-opportunità li jitkellem mal-anzjani.
Fiż-żjara tiegħu fil-kuruturi ta l-isptar, l-anzjani kellmuh dwar is-servizz tajjeb li qegħdin jingħataw mill-ħaddiema fl-isptar.
F’ħin bla waqt, Delia sab ma wiċċu verità li ma daqqitx għal widnejh u ra kif għamel biex jipprova jbenġilha.
Adrian Delia daħal ukoll fil-kċina l-ġdida ta’ San Vinċenz li ġiet inawgurata fl-aħħar snin wara li kienet tħalliet fi stat ta’ telqa kbira.
Il-Kap Nazzjonalsita deher impressjonat b’din il-kċina u qal li qatt ma kien daħal fi kċina b’apparat daqstant modern.
Minkejja li għaraf l-investiment li sar qal li qabel il-kċina kienet ta’ kwalità.
Delia ftaħar bl-investiment li sar taħt gvern nazzjonalista f’San Vinċenz. Iżda ma kienx kapaċi jsemmi ħaġa waħda li saret.
Tul iż-żjara tiegħu fl-isptar, il-Kap Nazzjonalsita Adrian Delia reġa’ fetaħ attakk fuq il-ħaddiema barranin.
Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz Josianne Cutajar qalet li l-ħaddiema fir-residenza għandhom iċ-ċertifikati meħtieġa mall-Kunsill Nazzjonali tal-Infermiera.
Spejgat kif dawn il-ħaddiema qegħdin jingħataw taħriġ mal-MCAST sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar mar-residenti.