Il-ġuri ta’ Etienne Bartolo magħruf aħjar bħala l-“Vojt” li kellu jibda jinstema’ llum ġie pospost b’mod indefinit.
Bartolo huwa akkużat bil-qtil ta’ Roderick Grech ta’ 26 sena fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Marzu tal-2017. Dakinhar il-vittma u l-akkużat kienu allegatament involuti f’argument.
Grech kien spiċċa ferut b’diversi daqqiet ta’ sikkina, iżda qabel ma’ tilef ħajtu allegatament qal il-kliem “vojt, vojt” b’referenza għall-akkużat.
Il-ġuri kellu jibda’ jinstema’ llum wara li kien pospost it-Tnejn li għadda. Dan wara li ma ġietx ippublikata l-lista’ tal-ġurati li setgħu ġew mgħajta biex iservu waqt dan il-ġuri.
Madankollu iktar kmieni llum, l-avukati tal-vittma ressqu rikors fil-Prim awla tal-Qorti Ċivili f’Sede Kostituzzjonil sabiex il-ġuri ma jinstemax.
Huwa mifhum li l-Parte Civile resqet dan ir-rikors fuq diversi punti, fosthom li l-każ seta’ jinvolvi preġudizzju, hekk kif inġibdet l-attenzjoni tal-midja u fuq diversi teknikalitajiet tal-liġi fosthom li l-posponiment tal-ġuri mit-Tnejn għall-Erbgħa seta’ urta lill-ġurati u b’hekk is-serenità tagħhom setgħet ġiet disturbata.
Hekk kif dan ir-rikors ma ġiex milqugħ, il-Parte Civile avżat li ser tkun qed tappella din id-deċiżjoni u b’hekk il-Qorti pposponiet indifenettivament dan il-ġuri.
L-Imħallef Conseulo Scerri Herrera spjegat li l-ġurati dak kollu li ġara u nnutat li x’aktarx jibda xhur oħra.