Fil-mużew nazzjonali l-MUŻA reġgħu bdew jitpoġġew il-pitturi li tneħħew b’mod temporanju bħala prekawzjoni.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li t-Tlieta filgħodu il-pitturi li tneħħew b’mod temporanju bdew jitpoġġew lura fil-MUŻA, magħrufa bħala l-berġa tal-Italja.
Il-Ministru Bonnici stqarr: “F’Santa Marija il-livelli ta’ umdità bdew jiżdiedu u bħal prevenzjoni tneħħew b’mod temporanju min nies ta’ Heritage Malta sabiex jipprevjenu d-danni u sar hekk għax għamilna investiment”.
Wara li ittieħdu l-pariri mill-esperti, il-pitturi reġgħu bdew jitwaħħlu fil-MUŻA.
Huwa tenna li “Issa li livelli normalizzaw anki fuq parir ta’ esperti, reġgħu twaħħlu dawn il-pitturi. Proċess se jieħu ftit jiem u se naraw li se jiżdied is-signage l-prodott turistiku se jkun aħjar qabel ma seħħet din il-kwistjoni”.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li ġew investiti għaxar miljuni f’dan il-mużew state of the art, u grazzi għal dan l-investiment Heritage Malta kellha indikazzjoni ta’ kemm kienu għoljin l-livelli tal-umdità.
Għaldaqstant, grazzi għall-aqwa teknoloġiji li huwa mgħammar bih il-MUŻA, l-ebda pittura ma ġarrbet xi ħsarat.