Żewġ maħbubin ma felħux iħallu lill-kelb id-dar għall-aktar jum importanti ta’ ħajjithom.
Dan hekk kif fil-jum tat-tieġ iddeċidew li mhux biss jinkludu lill-kelb fl-avvenimenti tal-jum iżda saħansitra jattendi għaċ-ċerimonja taż-żwieġ.
Ċerimonja li saret fir-Rotunda fil-Mosta proprju l-Ħadd li għadda fejn flimkien ma qrabathom u sħabhom qattgħu dan il-jum tant memorabbli.
Kienu bosta li kkummentaw kif mhix xi ħaġa tas-soltu li kelb mhux biss tħalla jidħol fil-Knisja iżda saħansitra ta sehmu waqt iċ-ċerimonja.
Oħrajn ilmentaw li dan il-ġest mhux wieħed xieraq hekk kif “dik id-dar ta’ Alla u l-annimali m’għandhomx jitħallew ġewwa.”