Mara ta’ 27 sena minn San Pawl il-Baħar qed issofri minn ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-karozza qrib il-mini ta’ Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq Reġjonali.
Il-mara ħarġet waħidha mill-karozza iżda ttieħdet l-isptar.
Minħabba l-inċident inħolqot ukoll konġestjoni tat-traffiku.