Mara ta’ 49 sena minn Raħal Ġdid qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-08:45 fi Triq il-Wied l-Imsida meta għal xi raġuni l-mara tilef il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq u waqgħet.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.