L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-aħħar jiem kienet impenjata b’kampanja ta’ riklamar fuq il-bajjiet fir-reġjun ta’ Lazio fl-Italja.
Bajjiet li jkunu ffrekwentati minn mijiet ta’ eluf ta’ Taljani li jgħixu f’Ruma u l-madwar, kif ukoll eluf oħra ta’ turisti.
Iċ-chairman eżekuttiv tal-Awtorità Dr Gavin Gulia qal li t-tim tar-riklamar b’saħħtu fi ħdan l-MTA kif ukoll konnettività aħjar minn u lejn l-Italja wasslet biex dan il-pajjiż ġar tagħna sar it-tieni l-ikbar sors ta’ turiżmu lejn pajjiżna.
Fil-fatt 390,607 turisti mill-Italja żaru pajjiżna matul is-sena li għaddiet, filwaqt fl-ewwel sitt xhur tas-sena diġa żaru pajjiżna 170,646 turist mill-Italja.