L-aktar maltempata b’saħħitha fl-istorja tal-gżejjer tal-Baħamas fil-Karibew, qed tikkawża għargħar kbir, u bosta binjiet spiċċaw bla saqaf.
L-uragan Dorian, b’riħ qawwi li jlaħħaq il-285 kilometru fis-siegħa, ġie kklassifikat fil-kategorija ħamsa – livell ogħla milli kien imbassar sal-Ħadd.
Uffiċjali wissew li f’ċertu żoni, hija mbassra maltempata li sejħu bħala theddida għall-ħajja, ta’ seba’ metri.
L-uragan qed jimxi bilmod lejn il-Punent, u jista’ jaħkem partijiet mill-Istati Uniti.
Fil-fatt ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza fl-istati ta’ Florida, Georgia, North Carolina u South Carolina.