Il-Papa Franġisku skuża ruħu li wasal tard għall-Anġelus tal-Ħadd minħabba li ssakkar fil-lift tal-Vatikan għal 25 minuta.
Bi tbissima, il-Papa, li għandu 82 sena qal li ssakkar fil-lift minħabba li kien hem qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
Huwa kellu jistenna sakemm marru membri tad-dipartiment tat-tifi tan-nar biex joħorġu lill-Papa u jkun jista jagħti l-barka lill-eluf li bħas-soltu ħonqu l-Pjazza ta’ San Pietru.