Dak imsemmi bħala l-Valletta Declaration Group qed jindirizza l-ħtieġa tat-trasparenza fil-prezzijiet tal-mediċini.
Wara li fl-aħħar jiem id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien f’laqgħa oħra ma’ Ministri tas-Saħħa fi Brussell, huwa ltaqa’ wkoll ma’ persuni involuti fil-qasam tal-farmaċewtika u tal-konsumatur.
F’dawn il-laqgħat spikka d-djalogu kostruttiv fejn ġew diskussi modi legali anki fuq livell politiku biex ikun hemm iżjed trasparenza fil-prezzijiet tal-mediċini.
Dan kollu qed isir fid-dawl li l-prezzijiet eżistenti għal ċertu mediċini, fosthom ta’ mard rari u mediċini għall-kanċer qed ilaħħqu l-mijiet tal-eluf ta’ ewro.
F’kummenti li tat wara dawn il-laqgħat, is-Segretarju Ġenerali, ta’ Europa Bio, deskritta bħala l-akbar kumpanija u l-aktar waħda influwenti fis-suq tal-farmaċewtika fl-Ewropa ħeġġet għal azzjonijiet konkreti fl-interess tal-pazjent.
Is-Segretarju Ġeneralita’ Europa Bio, Joanna Dupont-Inglis “We really need an open dialogue between industry and member states. We also need dialogue between member states, the European Commission and the European Council and the European Parliament. Having all actors around the table and especially patients involved in terms of understanding what patients need and what concerns are it’s incredibly important.”
Magħha ngħaqdet id-direttur tal-organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumatur li rrimarkat b’mod pożittiv għall-inizjativa ta’ Malta favur aktar trasparenza fil-qasam tal-farmaċewtika.
Id-Direttur tal-Għaqda Ewropea tal-Kons “To make sure all consumers get a fair deal in Europe and in this regard the Valletta initiative is very very important and we as consumers’ organisation have very high hopes on member states and the European Commission to act on price transparency on medicines.
Il-Valletta Declaration Group twaqqaf matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Preżentament il-kumpaniji tal-farmaċewtika jipprojbixxu lill-pajjiżi li jippubblikaw il-prezzijiet li jħallsu minħabba interessi kummerċjali li qed iwasslu għal diskrepanzi bejn il-prezzijiet li jħallsu diversi pajjiżi għall-istess mediċini.
Malta flimkien ma’ disa’ stati membri oħra qed tisħaq li għandu jintlaħaq ftehim għal trasparenza dwar il-prezzijiet biex ikun hemm aċċess xieraq għall-pazjenti.