Anzjana tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident fir-residenza San Vinċenz de Paul dalgħodu.
Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva spjegat kif l-anzjana weġġgħet meta kienet qed tittella’ fis-sodda permezz ta’ lifter.
Spjega kif filwaqt li l-amministrazzjoni tar-residenza San Vinċenz de Paul ħatret investigazzjoni interna, il-każ għadda immedjatament għand il-pulizija għal iktar stħarriġ. Fuq il-każ issejħet ukoll inkjesta maġisterjali.