Erba’ persuni li huma suspettati fuq konessjoni ma’ attakk f’Nizza, ġew arrestati mill-puliżija. Dan spjegah l-uffiċju tal-Prosekutur Franċiż.
Raġel kien arrestat il-Ġimgħa filwaqt li tlett suspettati oħra ġew arrestati llum b’konessjoni mal-attakk li matulu nqatlu 84 persuna.
L-istat Iżlamiku ddikjara li Mohamed Lahouaiej Bouhlel li kien ir-raġel li saq it-trakk b’veloċità qawwija ġol-folla,kien segwaċi tagħhom.
Mohamed Lahouaiej Bouhlel, Tuneżin ta’ 31 sena, li kiseb in-nazzjonalità Franċiża Huwa raġel miżżewweġ bi 3 itfal. Bouhlel kien magħruf mal-pulizija bi storja t’attakki vjolenti iżda ma kienx magħruf mal-aġenziji tal-intelliġenza Franċiża. Kien xufier tat-trakkijiet u kera dan it-trakk jumejn mill-Provinċja tal-Alpi. Rapporti qalu li r-raġel għajjat ‘Allahu Akbar’ qabel saq it-trakk b’veloċità qawwija ġol-folla.
Aġenzija tal-aħbarijiet spjegat li l-mira ta’ dan l-attakk kienu ċ-ċittadini tal-koalizzjoni li qed jiggieldu l-Istat Iżlamiku.
Il-President Franċiż Francois Hollande ikkonferma li dan kien attakk terroristiku.