Peter Cotton, Peter Cilia u Nazzareno Bartolo.
Tliet persuni li ngħataw l-aħħar tislima f’dak deskritt bħala funeral tal-foqra.
Fost dawn it-tlieta, wieħed minnhom kien ilu mejjet għal kważi sena u nofs u ħadd ma resaq ‘il quddiem biex iħejjijlu l-funeral tiegħu.
L-etajiet tagħhom kienu ivarjaw bejn 62 u 71 sena u għamlu żmien twil fil-friża biex ma jiddekomponux.
F’kappella biswit il-kamra mortwarja kien jixhed is-skiet taqtgħu b’sikkina. Id-diqa li kienet tinħass ma kinitx biss minħabba l-mewt.
Qabel mat-twiebet ħallew il-kamra mortwarja tahom tislima d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Huwa qiegħed kuruni tal-fjuri fuq kull tebut. Dan filwaqt li Patri Leonard Falzon ta l-barka.
Il-funerali ta’ dawn it-tliet persuni saru wara għadd ta’ notifiki bil-posta reġistrata fejn ħadd mill-qraba jew ħbieb ma resaq ‘il quddiem u b’hekk daħal l-istat biex jagħti difna xierqa lil dawn il-persuni.
Barra l-kamra mortwarja deher il-kummissjonant biex b’hekk wassal għall-aħħar vjaġġ lil dawn il-persuni li ndifnu f’qabar pubbliku fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.