Omar Iffe Mohamed, Somalu ta’ 23 sena baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Mohamed ġie akkużat b’serq bi vjolenza, li kkaġuna xi ġrieħi ħfief fuq il-vittma u li kien taħt l-effett tax-xorb fil-pubbliku. Il-vittma, Niġerjan li jgħix fl-Italja iżda jinsab Malta fuq btala, ta’ x-xhieda tiegħu quddiem il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras. In-Niġerjan qal kif huwa ġie aggredit u misruq filwaqt li kien hemm persuna oħra, li l-identità tagħha ma ġiet identifikata, mal-akkużat li tatu xi daqqiet.
L-Ispettur Matthew Spagnol mexxa l-presekuzzjoni.